21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Scorify vs EUIPO – Scor (SCORIFY)

(Kawża T-328/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SCORIFY - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SCOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 313/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scorify UAB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scor SE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u C. de Callataÿ, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1639/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Scor u Scorisk.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scorify UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.