25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – BRF Singapore Foods vs EUIPO – Tipiak (SADIA)

(Kawża T-310/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SADIA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SAIDA - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 28/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BRF Singapore Foods Pte Ltd (Singapor, is-Singapor) (rappreżentant: C. Mateu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tipiak (Saint-Aignan de Grand-Lieu, avukati) (rappreżentanti: M. Antoine-Lalance u M. Aïtelli, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1857/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tipiak u BRF Singapore Foods.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BRF Singapore Foods Pte Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Tipiak.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.