|
30.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Arbuzov vs Il-Kunsill
(Kawża T-289/19) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)
(2020/C 414/56)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pekař u P. Mahnič, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7, rettifika fil ĠU 2019, L. 86, p. 118), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 1, rettifika fil ĠU 2019, L. 86, p. 118), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Sergej Arbuzov inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi. |
|
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |