7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

(Kawża T-277/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenjazzjoni mill-ġdid temporanja - Rikors għal annullament - Att purament konfermatorju - Inammissibbiltà - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment - Portata awtonoma - Sospensjoni tal-effetti tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-ilment - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni - Rabta stretta mat-talbiet għal annullament - Assenza ta’ proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà)

(2021/C 217/48)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent(i): BK (rappreżentanti: V. Christianos, A. Skoulikis u D. Karagkounis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (rappreżentanti: P. Eyckmans u A. Stamatopoulou, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASO tal-20 ta’ Settembru 2018 li r-rikorrenti tiġi assenjata f’Malta b’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment imressaq kontra din id-deċiżjoni kif ukoll tad-deċiżjoni tal-EASO tas-6 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad espliċitament dan l-ilment u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament sostnuti mir-rikorrenti insegwitu ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BK għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.

3)

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn BK.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.