23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Jakober vs EUIPO (Forma ta’ tazza)

(Kawża T-262/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ tazza - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell”)

(2020/C 95/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Philip Jakober (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2019 (Każ R 1153/2018-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ tazza bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Frar 2019 (Każ R 1153/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.