25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-prodotti llaminati u strixxi llaminati minn qabel tar-ram u liegi tar-ram - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Impenji - Suq inkwistjoni - Evalwazzjoni tal-effetti orizzontali u vertikali tal-operazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża”)

(2022/C 284/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wieland-Werke AG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész, C. von Köckritz u K. Winkelmann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berghe, A. Cleenewerck de Crayencour, M. Farley u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 922 final tal-5 ta’ Frar 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ M.8900 – Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Wieland-Werke AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.