1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2020 – Thunus et vs BEI

(Kawża T-247/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tas-salarji - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Konsultazzjoni tal-persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)

(2021/C 35/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vincent Thunus (Contern, il-Lussemburgu) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness (rappreżentanti: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, J. Klein u J. Krueck, aġenti, assisiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet inklużi fil-rendikonti tas-salarju tar-rikorrenti għax-xahar ta’ Frar 2018 u sussegwenti, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Lulju 2017 li tistabbilixxi approċċ ġdid fir-rigward taż-żieda globali tas-salarji tal-persunal applikabbli għall-aġenti kollha tal-BEI u tad-Deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-30 ta’ Jannar 2018 li tistabbilixxi r-rata ta’ aġġustament tas-salarji għas-sena 2018 għal 0,7 %, u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vincent Thunus u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.