16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Cambodia u CRF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/19) (1)

(“Miżuri ta’ salvagwardja - Suq tar-ross - Importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Mjanmar / Burma - Regolament (UE) Nru 978/2012 - Kunċett ta’ ‘produtturi tal-Unjoni’ - Kunċett ta’ ‘prodotti simili jew li jikkompetu direttament’ - Diffikultajiet serji - Drittijiet tad-difiża - Fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 15/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Kambodja, u Cambodia Rice Federation (CRF) (Phnom Penh, il-Kambodja) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, H. Leupold u E. Schmidt, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ente Nazionale Risi (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Di Gianni u A. Scalini, avukati), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 tas-16 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-[Mjanmar / Burma] (ĠU 2019, L 15, p. 5), li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet mill-ġdid id-dazji tat-tariffa doganali komuni fuq l-importazzjonijiet ta’ dan ir-ross għal perijodu ta’ tliet snin u stabbilixxiet tnaqqis progressiv tar-rata tad-dazji applikabbli.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 tas-16 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-[Mjanmar / Burma], huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Kambodja u mill-Cambodia Rice Federation (CRF).

3)

Ir-Repubblika Taljana u Ente Nazionale Risi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.