4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi tas-sħana ESBO/esters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Annullament tad-deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali - Deċiżjoni li tiċħad talba intiża għar-rimbors tal-multa - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Artikolu 266(1) TFUE”)

(2022/C 148/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont, R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, V. Bottka u T. Baumé, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2019) 283284, tal-24 ta’ Jannar 2019, li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rimbors tal-multa mħallsa abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 final, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.589 – Stabilizzaturi tas-sħana).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GEA Group AG għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.