12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Zubedi vs Il-Kunsill
(Kawża T-186/19) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”)
(2020/C 339/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Khaled Zubedi (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: M. Lester, QC, u M. O’Kane, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Limonet, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4) sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Khaled Zubedi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |