25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Dicembru 2020 – Kalai vs Il-Kunsill

(Kawża T-178/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà”)

(2021/C 28/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nader Kalai (Halifax, Nova Scotia, il-Kanada) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u P. Plaza García, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nader Kalai għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.