22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Tempus Energy Germany u T Energy Sweden vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/19) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq Pollakk tal-elettriku - Mekkaniżmu ta’ kapaċità - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Skema ta’ għajnuna - Artikolu 108(2) u (3) - Kunċett ta’ dubji - Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament Nru 2015/1589 - Diffikultajiet serji - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 471/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tempus Energy Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja), T Energy Sweden AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: D. Fouquet u J. Derenne, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), PGE Polska Grupa Energetyczna S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: A. Ryan, A. Klosok, solicitors, T. Janssens u K. Bojarojć-Bartnicka, avukati), Enel X Polska z o.o. (Varsavja) (rappreżentanti: V. Cannizzaro, S. Ventura u L. Caroli, avukati), Enspirion sp. z o.o. (Gdańsk, il-Polonja) (rappreżentant: A. Czech, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 601 final tas-7 ta’ Frar 2018, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-iskema ta’ għajnuna relatata mas-suq tal-kapaċità fil-Polonja, minħabba li l-imsemmija skema hija kompatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (għajnuna mill-Istat SA.46100 (2017/N).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tempus Energy Germany GmbH u T Energy Sweden AB huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, PGE Polska Grupa Energetyczna S.A., minn Enel X Polska z o.o. u minn Enspirion sp. z o.o.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.