31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Off-White vs EUIPO (OFF-WHITE)

(Kawża T-133/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OFF-WHITE - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Isem ta’ kulur - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 287/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Off-White LLC (Springfield, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Decker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour, J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każ R-580/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv OFF-WHITE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każ R-580/2018-2) hija annullata sa fejn irrifjutat ir-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea tas-sinjal figurattiv OFF-WHITE għall-prodotti inklużi fil-klassijiet 9 u 20, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll għal “arloġġi tal-idejn; arloġġi tal-ħajt; strumenti li juru l-ħin u kronometriċi, ċineg tal-arloġġi tal-idejn, kaxex għall-mekkaniżmu tal-arloġġi tal-idejn; kaxxetti ta’ preżentazzjoni għall-arloġġi tal-idejn; kaxex għall-ġojjelli” u “ħaġar prezzjuż, ħaġar semiprezzjuż” inklużi fil-klassi 14.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Off-White LLC, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.