29.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Spadafora vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/19) (1)

(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pozizzjoni ta’ kap ta’ unità - Ċaħda ta’ kandidatura - Persunal ta’ ġestjoni intermedjarja - Prinċipju ta’ imparzjalità - Responsabbiltà”)

(2021/C 110/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sergio Spadafora (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: CC (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċizjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tat-18 ta’ Mejju 2018 li biha CC ġiet maħtura kap tal-unità [kunfidenzjali] tad-Dipartiment [kunfidenzjali] u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni matejali u morali allegatament subiti minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sergio Spadafora huwa kkundanat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn CC.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.