22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill
(Kawża T-118/19) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)
(2021/C 98/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Gabriel Amisi Kumba huwa kkundannat għall-ispejjeż. |