17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Pavel vs EUIPO – bugatti (B)

(Kawża T-114/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva B - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti b - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ Konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Użu ħażin ta’ poter - Annullament parzjali”)

(2020/C 271/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dan-Gabriel Pavel (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: E.-D. Nedelcu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: bugatti GmbH (Herford, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Ulrich, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każijiet magħquda R 49/2018-1 u R 85/2018-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bugatti u D-G Pavel.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każijiet magħquda R 49/2018-1 u R 85/2018-1) hija annullata sa fejn din tirrigwarda l-prodotti “ġilda u imitazzjoni tal-ġilda, ġild tal-annimali” fil-klassi 18 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.