22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta April 2020 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Döhler (TasteSense)

(Kawża T-109/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TasteSense - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MultiSense - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2020/C 209/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kerry Luxembourg Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Döhler GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASi tas-27 ta’ Novembnru 2018 (Każ R 1178/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Döhler u Kerry Luxembourg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kerry Luxembourg Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.