27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Gunju 2020 – L. Oliva Torras vs EUIPO Mecánica del Frío (Apparat ta’ gganċjar għall-vetturi)

(Kawża T-100/19) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta apparat ta’ agganċjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew ta’ klimatizzazzjoni ma’ vettura bil-mutur - Kap tat-talbiet biss għall-finijiet ta’ bidla - Talba impliċita għal annullament - Ammissibbiltà - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikoli 4 sa 9 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Portata tal-eżami mwettaq mill-Bord tal-Appell - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Bord tal-Appell dwar in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ħtieġa ta’ protezzjoni matul il-proċedimenti - Konklużjoni diverġenti fid-deċiżjoni kkontestata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 u t-tieni sentenza tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2020/C 247/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: L. Oliva Torras, S.A. (Manresa, Spanja) (rappreżentanti: E. Sugrañes Coca u M. D. Caballero Pérez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mecánica del Frío, S.L. (Cornellá de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: J. Torras Toll, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1397/2017-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L. Oliva Torras u Mecánica del Frío.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjon Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1397/2017-3) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn L. Oliva Torras, SA.

4)

Mecánica del Frío, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.