7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Broughton vs Eurojust

(Kawża T-87/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Sospensjoni tal-avvanz għal livell ogħla matul perijodu ta’ sitt xhur - Annullament tal-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-grad superjuri - Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi - Investigazzjoni amministrattiva - Dmir ta’ lealtà - Imparzjalità - Drittijiet tad-difiża - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikoli 11 u 12 tar-Regolamenti tal-Persunal”)

(2020/C 423/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Jon Broughton (Rotterdam, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Coppens, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (rappreżentanti: J. Jooma u A. Terstegen-Verhaag, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-4 ta’ Mejju 2018 li permezz tagħhom Eurojust issospendiet l-avvanz għal livell ogħla tar-rikorrent għal perijodu ta’ sitt xhur, ikkunsidrat li l-Franċiż kien jikkostitwixxi t-tielet lingwa tiegħu, annullat il-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu mill-grad AD 9 għall-grad AD 10 li seħħet fl-2012 u wettqet l-irkupru tas-somom irċevuti minn dik is-sena fir-rigward ta’ din il-klassifikazzjoni mill-ġdid, it-tieni nett, li jiġi ddikjarat li l-Franċiż għandu jitqies bħala t-tieni lingwa tar-rikorrent u l-Olandiż bħala t-tielet lingwa tiegħu, it-tielet nett, li jiġi ddikjarat illegali l-rkupru tas-somom irċevuti mir-rikorrent wara l-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu fi grad u li dawn l-ammonti rkuprati minn Eurojust jitħallsu lura lilu u, ir-raba nett, li jiġi ddikjarat li Eurojust għandha terġa tqiegħed lir-rikorrent fis-sitwazzjoni legali li preċedentement kien jinsab fiha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jon Broughton huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust).


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.