25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – Gwo Chyang Biotech vs EUIPO – Norma (KinGirls)

(Kawża T-85/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea KinGirls - Trade mark verbali Ġermaniża preċedenti King - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbilità ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 175/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gwo Chyang Biotech Co. Ltd (Tainan City, it-Tajwan) (rappreżentant: J. Kakoures, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek, A. Söder u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nuremberg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 718/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. u Gwo Chyang Biotech.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gwo Chyang Biotech Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019.