30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Benavides Torres vs Il-Kunsill

(Kawża T-35/19) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Venezwela - Iffriżar ta’ fondi - Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2021/C 349/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Antonio José Benavides Torres (Karakas, il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, V. Piessevaux, P. Mahnič u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 10), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Antonio José Benavides Torres huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.