11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2022 – CRIA u CCCMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/19 u T-72/19) (1)

(“Dumping - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Dazju kumpensatorju definittiv - Rikors għal annullament - Locus standi - Inċidenza diretta - Inċidenza individwali - Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implimentazzjoni - Interess ġuridiku - Dannu għall-industrija tal-Unjoni - Eżami oġġettiv - Rabta kawżali - Kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-marġni ta’ dannu - Paragun ekwu tal-prezzijiet - Prezzijiet tal-importazzjoni kkostruwiti - Prezzijiet iffatturati għall-ewwel xerrejja indipendenti - Differenza fl-istadju kummerċjali - Evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi - Intensità tal-istħarriġ ġudizzjarju - Indikaturi tad-dannu - Ponderazzjoni tad-data - Aċċess għad-data mhux kunfidenzjali - Drittijiet tad-difiża”)

(2022/C 266/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: China Rubber Industry Association (CRIA) (Beijing, iċ-Ċina), China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC) (Beijing) (rappreżentanti: R. Antonini, B. Maniatis u E. Monard, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Gustafsson u G. Luengo, aġenti)

Intervenjent, insostenn tal-konvenut: Marangoni SpA (Rovereto, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bouvarel, A. Coelho Dias u O. Prost, avukati)

Suġġett

Fil-Kawża T-30/19, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU 2018, L 63, p. 3), u, fil-Kawża T-72/19, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, [tal-lastiku], ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2018/1579 (ĠU 2018, L 283, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-30/19 u T-72/19 ingħaqdu għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3), huwa annullat sa fejn sa fejn jistabbilixxi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti mmanifatturati mill-produtturi-esportaturi li ġejjin:

Chaoyang Long March Tyre Co. Ltd;

Triangle Tyre Co. Ltd;

Shandong Wanda Boto Tyre Co. Ltd;

Qingdao Doublestar Tire Industrial Co. Ltd;

Ningxia Shenzhou Tire Co. Ltd;

Guizhou Tyre Co. Ltd;

Aeolus Tyre Co. Ltd;

Shandong Huasheng Rubber Co. Ltd;

Chongqing Hankook Tire Co. Ltd;

Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co. Ltd;

Jiangsu Hankook Tire Co. Ltd;

Shandong Linglong Tire Co. Ltd;

Shandong Jinyu Tire Co., Ltd;

Sailun Jinyu Group Co. Ltd;

Shandong Kaixuan Rubber Co. Ltd;

Weifang Yuelong Rubber Co. Ltd;

Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co. Ltd;

Shandong Hengyu Science & Technology Co. Ltd;

Jiangsu General Science Technology Co. Ltd;

Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co. Ltd;

Hefei Wanli Tire Co. Ltd;

Giti Tire (Anhui) Company Ltd;

Giti Tire (Fujian) Company Ltd;

Giti Tire (Hualin) Company Ltd;

Giti Tire (Yinchuan) Company Ltd;

Qingdao GRT Rubber Co. Ltd.

3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, [tal-lastiku], ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579, għandu jiġi annullat, sa fejn jistabbilixxi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti mmanifatturati mill-produtturi-esportaturi elenkati fil-punt 2 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza, minn naħa, u minn Zhongce Rubber Group Co., Ltd, min-naħa l-oħra.

4)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors għandu jiġi miċħud.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn China Rubber Industry Association (CRIA) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-interventi.

6)

Marangoni SpA hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn CRIA u CCCMC minħabba l-interventi.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.