21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easySTEP)

(Kawża T-21/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mediFLEX easySTEP - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti Stepeasy - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 313/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pablosky, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Centell, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: docPrice GmbH (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landes, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 (Każ R 76/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pablosky u docPrice.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Novembru 2018 (Każ R 76/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pablosky, SL u docPrice GmbH, hija annullata sa fejn din tirrigwarda l-“ilbies” u x-“xedd ir-ras”, inklużi fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.

2)

L-appell ippreżentat minn docPrice quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa miċħud sa fejn dan jirrigwarda l-prodotti msemmija fil-punt 1.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.