30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Frar 2020 – Repsol vs EUIPO (INVENTEMOS EL FUTURO)

(Kawża T-8/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INVENTEMOS EL FUTURO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 103/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. C. Erdozain López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 1173/2018-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INVENTEMOS EL FUTURO bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Repsol, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019