Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 –
Pilatus Bank vs BĊE

(Kawża C‑701/19 P) ( 1 )

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Appell manifestament infondat – Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Miżuri ta’ sospensjoni meħuda mill-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali – Nomina ta’ persuna ta’ kuntatt – Komunikazzjoni suġġetta għal kundizzjonijiet mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Irtirar tal-awtorizzazzjoni qabel il-preżentata tar-rikors – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà – Assenza ta’ espożizzjoni suffiċjentement ċara u preċiża tal-motivi allegati quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza li jintwera interess ġuridiku – Klassifikazzjoni żbaljata tal-att preparatorju – Sostituzzjoni tar-raġunijiet”

1. 

Appell – Aggravji – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali – Motiv ta’ ordni pubbliku bbażat fuq il-bdil tar-rappreżentant tar-rikorrenti – Eżami ex officio

(ara l-punt 23)

2. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent

(ara l-punt 25)

3. 

Appell – Aggravji – Raġunijiet ta’ sentenza vvizzjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq raġunijiet oħra tad-dritt – Ċaħda

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punti 27, 30 sa 38)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Pilatus Bank plc hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 406, 2.12.2019.