Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 – P. J.
(Kawża C‑513/19)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta”
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali – Inammissibbiltà manifesta
(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)
(ara l-punti 14 sa 24, u d-dispożittiv)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Qorti Distrettwali ta’ Varsavja – Wola, sedenti f’Varsavja, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 2019, hija manifestament inammissibbli.