Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Settembru 2019 – ND u OE vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑317/19 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ilment imressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea – Dħul taxxabbli tal-uffiċjali Ewropej – Diskriminazzjoni kontra l-uffiċjali Ewropej – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli”

1. 

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Esklużjoni

(Artikolu 258 u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 20-24)

2. 

Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2))

(ara l-punti 27, 28)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli.

2) 

ND u OE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.