Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Settembru 2021 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-173/19 P) ( 1 )
“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni bil-ferrovija u bit-triq fl-Istrett ta’ Fehmarn – Għajnuna individwali – Att li ma jistax ikun suġġett ta’ appell – Att purament konfermattiv – Att preparatorju”
Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti – Inammissibbiltà – Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva
(Artikolu 263 TFUE)
(ara l-punti 54, 55)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat. |
|
2) |
Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
( 1 ) ĠU C 148, 29.4.2019.