Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑21 ta’ Marzu 2019 – Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑4/19 P(R))

“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Settur tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax f’EUR – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni 2011/695/UE – Rifjut ta’ talba għal trattament kunfidenzjali tad-deċiżjoni – Informazzjoni allegatament kunfidenzjali – Pubblikazzjoni – Prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Fumus boni juris”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Evalwazzjoni fil-kawża tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali – Nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-kundizzjoni relattiva għall-fumus boni juris

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 12, 13, 18 sa 23)

2. 

Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Sigriet professjonali – Determinazzjoni tal-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali – Ibbilanċjar tal-interess ġenerali għat-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni mal-interessi leġittimi kontra l-iżvelar – Interess ta’ impriża li ma tiġix żvelata ċerta informazzjoni dwar l-aġir tagħha – Interess li ma jistħoqqlu ebda protezzjoni partikolari fir-rigward tal-impriżi li jkunu pparteċipaw fi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni

(Artikoli 101 u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 28 u 30)

(ara l-punti 33 sa 36)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Crédit Agricole SA u Crédit Agricole Corporate and Investment Bank huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura tal-appell kif ukoll tal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-kawża C‑4/19 P(R)‑R.