20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Settembru 2019 – Vereniging van Effectenbezitters vs BP plc
(Kawża C-709/19)
(2020/C 19/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vereniging van Effectenbezitters
Konvenuta: BP plc
Domandi preliminari
1. |
|
2. |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk it-talba titressaq skont l-Artikolu 3.305a tal-Burgerlijk Wetboek (il-Kodiċi Ċivili Olandiż) minn assoċjazzjoni li l-għan tagħha huwa li tiddefendi, bil-prerogattiva tagħha stess, l-interessi kollettivi ta’ investituri li jkunu ġarrbu dannu bħal dak imsemmi fl-ewwel domanda, u dan jimplika b’mod partikolari li la d-domiċilji tal-imsemmija investituri, u lanqas iċ-ċirkustanzi partikolari tat-tranżazzjonijiet individwali ta’ xiri jew ta’ deċiżjonijiet individwali li ma jinbigħux l-azzjonijiet li kienu miżmuma, ma ġew stabbiliti? |
3. |
Jekk il-qorti Olandiża ikollha ġurisdizzjoni, abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell Ia, sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba mressqa skont l-Artikolu 3.305a tal-Kodiċi Ċivili Olandiż, din il-qorti għandha wkoll ġurisdizzjoni territorjali internazzjonali u nazzjonali, abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell Ia, sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet għad-danni kollha mressqa mill-investituri li jkunu ġarrbu dannu bħal dak li hemm riferiment għalih fl-ewwel domanda? |
4. |
Jekk il-qorti Olandiża jkollha ġurisdizzjoni territorjali internazzjonali iżda mhux nazzjonali sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet għad-danni kollha mressqa mill-investituri li jkunu ġarrbu dannu bħal dak li hemm riferiment għalih fl-ewwel domanda, il-ġurisdizzjoni territorjali nazzjonali għandha għalhekk tiġi ddeterminata abbażi tad-domiċilju tal-investitur leż, tal-post ta’ stabbiliment tal-bank li fih dan l-investitur ikollu l-kont personali tiegħu, tal-post ta’ stabbiliment tal-bank li fih jinżamm il-kont ta’ investiment, jew abbażi ta’ fattur ta’ rabta ieħor? |