25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-18 ta’ Settembru 2019 – Ryanair Ltd vs PJ
(Kawża C-687/19)
(2019/C 399/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ryanair Ltd
Konvenut: PJ
Domandi preliminari
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (1), u, għaldaqstant l-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal tat-28 ta’ Mejju 1999 għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzonali bl-Ajru għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li ferita psikika, bħal stress postrawmatiku, tkun is-suġġett ta’ kumpens, abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 246.