|
30.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2019 – Flightright GmbH vs Iberia LAE SA Operadora Unipersonal
(Kawża C-606/19)
(2020/C 103/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Flightright GmbH
Konvenuta: Iberia LAE SA Operadora Unipersonal
Permezz ta’ digriet tat-13 ta’ Frar 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“post tat-twettiq”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fir-rigward ta’ titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u maqsuma f’diversi segmenti, jista’ jkun ikkostitwit mill-post tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira, meta t-trasport relatat ma’ dawn is-segmenti tat-titjira huwa mwettaq minn żewġ trasportaturi bl-ajru separati u meta r-rikors għad-danni, ippreżentat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (2), jirriżulta mill-kanċellazzjoni tal-aħħar segment tat-titjira u huwa ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għal dan l-aħħar segment.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).