21.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Lulju 2019 – Fussl Modestraße Mayr GmbH vs SevenOne Media GmbH
(Kawża C-555/19)
(2019/C 357/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fussl Modestraße Mayr GmbH
Konvenuta: SevenOne Media GmbH
Domandi preliminari
1. |
|
2. |
L-evalwazzjoni tal-ewwel domanda tkun differenti jekk id-dritt nazzjonali jippermetti dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jipprovdu li x-xandir reġjonali ta’ reklamar jista’ jiġi awtorizzat legalment u jeżiġi, f’dan il-każ, awtorizzazzjoni amministrattiva supplimentari? |
3. |
L-evalwazzjoni tal-ewwel domanda tkun differenti jekk il-possibbiltà deskritta fit-tieni domanda ta’ awtorizzazzjoni ta’ reklamar reġjonali effettivament ma tintużax u għaldaqstant ir-reklamar reġjonali jkun kompletament ipprojbit? |
4. |
L-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik deskritta fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet domanda? |
(1) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU 2010, L 95, p. 1; rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15).