28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Nules (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – Investcapital Ltd vs FE

(Kawża C-524/19)

(2019/C 363/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Nules

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Investcapital Ltd

Konvenut: FE

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, fil-proċeduri Ewropej għal ordni ta’ ħlas imressqa skont dan l-istess regolament, il-qrati jistħarrġu ex officio l-klawżoli inġusti li jistgħu jkunu inklużi fil-kuntratt li minnu jirriżulta d-dejn skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1993/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2), speċjalment jekk il-qorti nazzjonali jkollha teżamina minn qabel il-kuntratt sabiex twettaq dan l-istħarriġ?


(1)  Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ĠU 2006, L 399, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).