7.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – Passenger Rights spółka akcyjna w Warszawie vs Ryanair DAC w Dublinie (Irlanda)

(Kawża C-519/19)

(2019/C 337/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Passenger Rights SA

Konvenuta: Ryanair DAC w Dublinie (Irlanda)

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(b), l-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 6(l) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), kif ukoll l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2), għandhom jiġu interpretati, fil-kuntest tal-eżami tal-validità ta’ ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni, fis-sens li l-assenza ta’ negozjar individwali tal-klawżoli kuntrattwali u n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali li jirriżultaw mill-ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni jistgħu wkoll jiġu invokati miċ-ċessjonarju finali ta’ kreditu li jkun ġie ttrasferit lilu minn konsumatur, liema ċessjonarju nnifsu, madankollu, ma għandux il-kwalità ta’ konsumatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU 2012, L 351, p. 1.