24.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ April 2019 — BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí
(Kawża C-311/19)
(2019/C 213/18)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BONVER WIN, a.s.
Konvenut: Ministerstvo financí
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal leġiżlazzjoni nazzjonali (digriet komunali ta’ applikazzjoni ġenerali) li tipprojbixxi f’parti minn komun servizz determinat, minħabba biss li parti mill-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi kkonċernati minn din il-leġiżlazzjoni tista’ toriġina jew toriġina minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea? Fil-każ ta’ risposta pożittiva, għall-finijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa suffiċjenti li tiġi invokata l-eventwali preżenza ta’ klijenti minn Stat Membru ieħor jew il-fornitur ta’ servizzi huwa obbligat li jipprova r-realtà tal-provvista ta’ servizzi lil klijenti li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn? |
2) |
Għandu effett, b’xi mod, għar-risposta għall-ewwel domanda magħmula:
|