|
29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/24 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 minn Lupin Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-680/14, Lupin vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-144/19 P P)
(2019/C 148/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lupin Ltd (rappreżentanti: S. Smith, A. White, Solicitors, M. Hoskins QC, V. Wakefield, Barrister)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tiċħad il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar id-differenza fit-trattament bejn Lupin u Krka u, |
|
— |
konformement mal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tiddeċiedi definittivament dwar it-tilwima billi tannulla jew tnaqqas il-multa imposta mill-Kummissjoni. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-ftehim bonarju fil-qasam tal-privattivi konkluż bejn Lupin u Servier fit-30 ta’ Jannar 2007 kien jikkostitwixxi restrizzjoni b’għan kif previst fl-Artikolu 101(1) TFUE, b’mod partikolari għar-raġunijiet segwenti:
|
|
2. |
Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-motiv invokat minn Lupin, li kien jallega li l-Kummissjoni kienet ikkonstatat restrizzjoni b’effett, ma kienx rilevanti sa fejn kien jikkonferma l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni dwar restrizzjoni b’għan. Permezz tat-tieni aggravju tagħha, Lupin issostni li, fil-każ li fih il-Qorti tal-Ġustizzja tinvalida l-konstatazzjoni dwar l-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti deċiżjoni finali dwar l-appell ta’ Lupin billi tannulla l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-restrizzjoni b’effett, b’mod partikolari għar-raġunijiet segwenti:
|
|
3. |
Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball, fir-rigward tal-multa, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tan-natura ġdida tal-allegat ksur. |
|
4. |
Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fir-rigward tal-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni kemm il-gravità u t-tul tal-allegat ksur fil-kuntest tal-impożizzjoni ta’ multa. |
|
5. |
Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-valur tal-applikazzjonijiet għal privattivi ttrasferiti minn Servier lil Lupin fil-kuntest tal-impożizzjoni ta’ multa. |
|
6. |
Permezz tas-sitt aggravju, li huwa suġġett għas-suċċess tat-talbiet tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-appell fil-kawża T-648/14, Krka vs Il-Kummissjoni, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ddikjarat li t-trattament ta’ Lupin, mill-Kummissjoni, meta mqabbel ma’ Krka, ma kisirx il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |