8.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/30 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 mill-Hamas mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fl-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-400/10 RENV, Hamas vs Il-Kunsill
(Kawża C-122/19 P)
(2019/C 131/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avocat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2018, Hamas vs Il-Kunsill, T-400/10 RENV, sa fejn tiċħad it-talba għall-annullament tal-atti segwenti:
|
— |
tiddeċiedi definittivament fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha fil-Kawżi T-400/10, T-400/10 RENV, C-79/15 P u f’din il-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji li jirregolaw l-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova tal-materjalità tal-fatti:
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv:
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni billi ddeċidiet li d-deċiżjoni Brittanika li invoka l-Kunsill kienet kundanna:
|
4. |
Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali setgħet tiċħad il-motiv li jgħid li l-Kunsill ma kienx ħa suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni minħabba l-iżvolġiment taż-żmien biss bi ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’sostituzzjoni illegali tal-motivi, u billi titlaq minn premessa żbaljata. |
5. |
Il-ħames motiv: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE billi ddeċidiet li l-fatti stabbiliti b’mod awtonomu mill-Kunsill u l-klassifikazzjoni tagħhom huma esposti b’mod suffiċjentement preċiż u konkret fil-motivi sabiex jiġu kkontestati mill-appellanti u mistħarrġa mill-qorti. |