13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Orange Romania SA vs Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

(Kawża C-61/19)

(2019/C 164/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orange Romania SA

Konvenuta: Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni speċifika u informata?

2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni mogħtija liberament?


(1)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).