15.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2019 — EY vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
(Kawża C-40/19)
(2019/C 139/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: EY
Konvenuta: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati, fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li huwa possibbli li protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiġi ggarantita fi Stat Membru anki jekk il-qrati tiegħu ma jistgħux jemendaw deċiżjonijiet mogħtija fi proċeduri ta’ ażil iżda jistgħu biss jannullawhom u jordnaw li jsiru proċeduri ġodda? |
2) |
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/3[2]/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati, għal darba oħra fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula terminu mandatorju wieħed ta’ total ta’ 60 jum għal proċeduri ġudizzjarji fi kwistjonijiet tal-ażil, irrispettivament minn kwalunkwe ċirkustanzi individwali and mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-każ jew kull diffikultà potenzjali marbuta mal-evidenza, hija kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet? |
(1) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).