4.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/20 |
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2019 minn Mylène Troszczynski mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-550/17, Troszczynski vs Il-Parlament
(Kawża C-12/19 P)
(2019/C 82/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Mylène Troszczynski (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Novembru 2018 mis-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (T-550/17). |
B’hekk:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2017 li tadotta r-Rapport Nru A8-0218/2017 tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Legali fuq it-talba għat-tneħħija tal-immunità u tal-privileġġi ta’ Mylène Troszczynski, membru tal-Parlament Ewropew, |
— |
tiddeċiedi skont il-liġi dwar l-ammont li għandu jitħallas lill-appellanti bħala spejjeż proċedurali. |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Fuq l-evalwazzjoni tat-tieni motiv mill-Qorti Ġenerali Il-Qorti Ġenerali ma tikkunsidrax it-tweet inkwistjoni ta’ Mylène Troszczynski bħala opinjoni espressa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Parlament Ewropew, peress li din tirrigwarda avveniment preċiż, li allegatament seħħ fi Franza, u li din ma tistax tiġi mqabbla ma’ adozzjoni ta’ pożizzjoni ġenerali fuq suġġetti ta’ attwalità kurrenti jew ittrattati mill-Parlament, karatteristiċi neċessarji ta’ opinjoni protetta mill-Protokoll. Il-Qorti Ġenerali twettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li:
|
2. |
Fuq l-evalwazzjoni tat-tielet motiv mill-Qorti Ġenerali Huwa magħruf fid-diskussjoni u aċċettat mill-Qorti Ġenerali li Mylène Troszczynski ma hijiex l-awtriċi tat-tweet inkwistjoni u li hija ħassritha malli saret taf biha. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tqis li dawn iż-żewġ fatti ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni jekk il-kundizzjonijiet tat-tneħħija tal-immunità parlamentari humiex sodisfatti. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni:
|