Kawża C-922/19
Stichting Waternet
vs
MG
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2021
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 97/7/KE – Artikolu 9 – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 27 – Direttiva 2005/29/KE – Artikolu 5(5) – Punt 29 tal-Anness I – Prattiċi kummerċjali żleali – Kunċett ta’ ‘provvista mhux mitluba’ – Distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb”
Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi –Direttivi 97/7, 2005/29 u 2011/83 – Kamp ta’ applikazzjoni
(Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/7, Artikolu 9, 2005/29, Artikolu 5(5), u Anness I, punt 29, u 2011/83, Artikolu 27)
(ara l-Punti 46 u d-dispożittiv 1)
Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Kamp ta' applikazzjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, premessa 23 u l-Artikolu 1)
(ara l-punti 50, 51)
Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Prattiċi kummerċjali aggressivi – Prattiċi meqjusa żleali f’kull ċirkustanza – Provvista mhux mitluba – Kunċett
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, premessa 18, Artikolu 8 u l-punt 29 tal-Anness I)
(ara l-punti 53 sa 57, 62 u d-dispożittiv 2)