Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ 2020 –
Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (Dħul minn proprjetà immobili barranija)

(Kawża C‑842/19) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Moviment liberu tal-kapital – Artikolu 63 TFUE – Inkompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa Belġjani relattivi għad-dħul fir-rigward ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’pajjiż barrani – Artikolu 260(2) TFUE – Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Data ta’ riferiment biex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punt 12)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Skop – Prevenzjoni tar-repetizzjoni ta’ ksur simili

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punt 45)

3. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Somma f’daqqa – Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet – Ammissibbiltà

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punt 46)

4. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punti 47, 48)

5. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Tul tal-ksur – Evalwazzjoni fid-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punti 55, 56)

6. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Kapaċità ta’ ħlas – Data ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punt 58)

7. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Kundanna għall-ħlas – Kundizzjoni – Persistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punt 61)

8. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-forma u tal-ammont – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punti 63–65)

Dispożittiv

1) 

Billi ma adottax il-miżuri kollha li teżiġi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑110/17, EU:C:2018:250), ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 260(1) TFUE.

2) 

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa f’ammont ta’ EUR 2000000.

3) 

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagament ta’ penalità f’ammont ta’ EUR 7500 kuljum mill-pronunzja ta’ din is-sentenza u sad-data tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑110/17, EU:C:2018:250).

4) 

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 45, 10.2.2020.