Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal‑21 ta’ Ottubru 2020 –
BĊE vs Estate of Espírito Santo Financial Group

(Kawża C‑396/19 P) ( 1 )

“Appell – Deċiżjoni 2004/258/KE – Artikolu 4(1)(a) – Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Artikolu 10(4) – Aċċess għad-dokumenti tal-BĊE – Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi – Kunfidenzjalità tal-laqgħat u tad-deliberazzjonijiet tal-korpi tal-BĊE – Riżultat tad-deliberazzjonijiet – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Deċiżjoni 2004/258 tal-Bank Ċentrali Ewropew – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interess pubbliku – Kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi deċiżjonali – Rifjut ta’ aċċess għad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi u għall-minuti li jittraskrivuhom – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Motivazzjoni limitata għall-invokazzjoni tal-eċċezzjoni kkonċernata

(Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258, il-premessa 3 u l-Artikolu 4(1)(a); Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 10(4))

(ara l-punti 40, 42 sa 46, 53)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 41)

3. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Deċiżjoni 2004/258 tal-Bank Ċentrali Ewropew – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interess pubbliku – Kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi deċiżjonali – Possibbiltà ta’ żvelar fil-konfront tal-korp ikkonċernat

(Deciżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258, il-premessa 3, Artikoli 4(1)(a) u 7(1); Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 10(4))

(ara l-punti 50 sa 52)

Dispożittiv

1) 

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑13 ta’ Marzu 2019, Espírito Santo Financial Group vs BĊE (T‑730/16, mhux ippubblikata, EU:T:2019:161), huwa annullat sa fejn il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal‑31 ta’ Awwissu 2016 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tagħha tal‑1 ta’ Awwissu 2014 li tikkonċerna lil Banco Espírito Santo SA, sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta li jagħtiha aċċess għall-ammont ta’ kreditu li jidher fl-estratti tal-minuti tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat‑28 ta’ Lulju 2014.

2) 

Il-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑13 ta’ Marzu 2019, Espírito Santo Financial Group vs BĊE (T‑730/16, mhux ippubblikata, EU:T:2019:161), huwa annullat sa fejn hija ddeċidiet dwar l-ispejjeż.

3) 

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

4) 

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Espírito Santo Financial Group SA, fi stralċ, huwa miċħud sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal‑31 ta’ Awwissu 2016 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tagħha tal‑1 ta’ Awwissu 2014 li tikkonċerna lil Banco Espírito Santo SA, sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta li jagħtiha aċċess għall-ammont ta’ kreditu li jidher fl-estratti tal-minuti tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat‑28 ta’ Lulju 2014.

5) 

Espírito Santo Financial Group SA, fi stralċ, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kuntest kemm tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.

6) 

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati nofs l-ispejjeż rispettivi tiegħu sostnuti fil-kuntest kemm tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.


( 1 ) ĠU C 319, 23.9.2019.