Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni vs Spanja (Riskji ta’ għarar – Pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-Gżejjer Kanarji)
(Kawża C-384/19) ( 1 )
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Valutazzjoni u mmaniġġjar tar-riskji tal-għargħar – Direttiva 2007/60/KE – L-Artikolu 7(1) u (5), l-Artikolu 10(1) u (2), kif ukoll l-Artikolu 15(1) – Pjan ta’ mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar – Stabbiliment – Konsultazzjoni u informazzjoni tal-pubbliku – Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Distertti ta’ baċin tax-xmara ES 120 Gran Canaria, ES 122 Fuerteventura, ES 123 Lanzarote, ES 124 Tenerife, ES 125 La Palma, ES 126 La Gomera u ES 127 El Hierro (Spanja)”
|
1. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (ara l-punt 11) |
|
2. |
Stati Membri – Obbligi – Implimentazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà (ara l-punt 12) |
|
3. |
Ambjent – Evalwazzjoni u mmaniġġar ta’ riskji ta’ għarar – Direttiva 2007/60 – Stabbiliment, pubblikazzjoni u notifika tal-pjanijiet ta’ mmaniġġar tar-riskji ta’ għarar – Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku – Nuqqas ta’ osservanza tat-termini mogħtija – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/60, Artikoli 7(1) u (5), 10(1) u (2), u 15(1)) (ara l-punti 14 sa 17 u d-dispożittiv) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Renju ta’ Spanja, peress li ma stabbilixxiex, ma ppubblikax u ma nnottifikax, fit-termini previst, lill-Kummissjoni Ewropea l-pjanijiet ta’ mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar f’dak li jirrigwarda d-distertti ta’ baċin tax-xmara ES 120 Gran Canaria, ES 122 Fuerteventura, ES 123 Lanzarote, ES 124 Tenerife, ES 125 La Palma, ES 126 La Gomera u ES 127 El Hierro (Spanja), naqas milli jwettaq mill-obbligi li huwa għandu taħt l-Artikolu 7(1) u (5) kif ukoll taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar, u billi ma wettaqx, fit-terminu previst, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku dwar l-elaborazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar f’dak li jirrigwarda d-distertti ta’ baċin tax-xmara ES 120 Gran Canaria, ES 122 Fuerteventura u ES 125 La Palma, naqas milli jwettaq mill-obbligi li huwa għandu taħt l-Artikolu 10(1) u (2) ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
( 1 ) JO C 270 du 12.8.2019.