SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
19 ta’ Novembru 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Direttiva 2011/95/UE – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat – Rifjut li jitwettaq is-servizz militari – Artikolu 9(2)(e) – Dritt tal-pajjiż ta’ oriġini li ma jipprevedix id-dritt għall-oġġezzjoni ta’ kuxjenza – Protezzjoni tal-persuni li ħarbu l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom wara li skada t-terminu ta’ sospensjoni tas-servizz militari – Artikolu 9(3) – Rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva – Prova”
Fil-Kawża C‑238/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Qorti Amministrattiva ta’ Hannover, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Marzu 2019, fil-proċedura
EZ
kontra
Bundesrepublik Deutschland,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn J.–C. Bonichot (Relatur), President tal-Ewwel Awla li qed jaġixxi bħala President tal-Awla, C. Toader u M. Safjan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-5 ta’ Marzu 2020,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal EZ, minn S. Schröder, Rechtsanwältin, |
|
– |
għal Bundesrepublik Deutschland, minn A. Horlamus, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn R. Kanitz, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid u M. Condou-Durande, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-28 ta’ Mejju 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(e) u (3) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn EZ, ċittadin Sirjan, u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) dwar id-deċiżjoni tal-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (l-Uffiċċju Federali tal-Migrazzjoni u tar-Refuġjati, il-Ġermanja) li jirrifjutalu l-istatus ta’ refuġjat. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-konvenzjoni ta’ Genève
|
3 |
Skont l-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951 [Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)], u li daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ April 1954, kif issupplimentata bil-Protokoll dwar l-Istatus tar-Refuġjati, konkluż fi New York fil-31 ta’ Jannar 1967, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Ottubru 1967 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Genève”): “Għall-finijiet ta’ din il-konvenzjoni, it-terminu ‛refuġjat’ għandu japplika għal kwalunkwe persuna: […]
[…]” |
Id-Direttiva 2011/95
|
4 |
Il-premessi 2, 4, 12, 24 u 29 tad-Direttiva 2011/95 jiddikjaraw:
[…]
[…]
[…]
[…]
|
|
5 |
Skont l-Artikolu 2(d) ta’ din id-direttiva, għal finijiet tagħha “‘refuġjat’ ifisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikat li jiġi persegwitat għar-raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta’ grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba dan il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż […]”. |
|
6 |
L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, li jinsab fil-Kapitolu II tagħha, intitolat “Eżami ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri jistgħu jqisuh bħala d-dmir tal-applikant li jissottometti kemm jista’ jkun malajr l-elementi kollha meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. F’kooperazzjoni mal-applikant huwa d-dmir tal-Istat Membru li jeżamina l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni. 2. L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet tal-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant rigward l-età tal-applikant, l-isfond, inkluż dawk ta’ qraba rilevanti, l-identità, in-nazzjonalità(jiet), il-pajjiż(i) u l-post(ijiet) ta’ residenza ta’ qabel, l-applikazzjonijiet ta’ ażil preċedenti, ir-rotot ta’ vjaġġar, id-dokumenti ta’ vjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. 3. L-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali trid titwettaq fuq bażi individwali u tinkludi kunsiderazzjoni ta’:
4. Il-fatt li applikant diġà kien suġġett għal persekuzzjoni jew periklu serju jew għal theddid dirett għal din il-persekuzzjoni jew dan il-periklu, huwa indikazzjoni serja tal-biża’ ġustifikat ta’ persekuzzjoni jew ir-riskju veru li jsofri dannu serju, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin li jista’ jitqies li din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu serju ma jiġix ripetut. 5. Fejn Stati Membri japplikaw il-prinċipju skont liema huwa d-dmir tal-applikant li jissostanzja l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġjati minn xhieda dokumentarja jew xhieda oħra, dawk l-aspetti m’għandhomx jeħtieġu konferma, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
7 |
L-Artikolu 9 tal-istess direttiva, intitolat “Atti ta’ persekuzzjoni”, jipprovdi: “1. Sabiex din titqies bħala att ta’ persekuzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ [Genève], att għandu:
2. Atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikati fil-paragrafu 1, jistgħu, fost ħwejjeġ oħra, jieħdu l-forma ta’: […]
[…] 3. Bi qbil ma punt (d) tal-Artikolu 2, irid ikun hemm konnessjoni bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 u l-atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikat fil-paragrafu 1 ta dan l-Artikolu jew l-assenza ta’ protezzjoni kontra atti bħal dawn.” |
|
8 |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95 huwa fformulat kif ġej: “1. L-Istati Membri għandhom iqisu l-elementi li ġejjin meta jivvalutaw ir-raġunijiet għal persekuzzjoni: […]
2. Fil-valutazzjoni ta’ jekk applikant għandux biża’ ġustifikat ta’ persekuzzjoni mhuwiex importanti jekk l-applikant fil-verità għandux il-karatteristika razzista, reliġjuża, nazzjonali, soċjali jew politika li tattira l-persekuzzjoni, sakemm din il-karatteristika tkun attribbwita għall-applikant mill-attur ta’ persekuzzjoni.” |
|
9 |
L-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, intitolat “Esklużjoni”, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Persuna li tkun ċittadina nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża milli tkun refuġjat meta jkun hemm raġunijiet serji biex jitqies li:
[…]” |
Id-dritt Ġermaniż
|
10 |
L-Asylgesetz (il-Liġi dwar id-Dritt għall-Ażil), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l- “AsylG”), tipprevedi, fl-Artikolu 3 tagħha, intitolat “Għoti tal-istatus ta’ refuġjat”: “(1) Barrani huwa refuġjat fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Genève meta dan 1.jibża’ bir-raġun li jiġi ppersegwitat minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-opinjonijiet politiċi jew is-sħubija tiegħu fi grupp soċjali partikolari, jinsab barra mill-pajjiż (pajjiż ta’ oriġini)
[…] (2) Ċittadin barrani jiġi eskluż mill-istatus ta’ refuġjat meta jkun hemm raġunijiet serji li jwasslu x’wieħed jaħseb li:
[…]” |
|
11 |
L-Artikolu 3a tal-AsylG, intitolat “Atti ta’ persekuzzjoni”, jipprevedi: “(1) Huwa kkunsidrat bħala att ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1), att li
(2) Atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikati fil-paragrafu 1, jistgħu, fost ħwejjeġ oħra, jieħdu l-forom ta’: […]
[…] (3) Għandu jkun hemm konnessjoni bejn ir-raġunijiet tal-persekuzzjoni msemmija fid-dispożizzjonijiet magħquda tal-punt 1 tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 3b, u l-atti kklassifikati bħala atti ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu jew l-assenza ta’ protezzjoni kontra tali atti.” |
|
12 |
L-Artikolu 3b tal-AsylG, intitolat “Raġunijiet għal persekuzzjoni”, jistabbilixxi: “(1) Fl-evalwazzjoni tar-raġunijiet għal persekuzzjoni skont il-punt 1 tal-Artikolu 3(1), għandu jittieħed kont tal-elementi li ġejjin: […]
(2) Fil-valutazzjoni ta’ jekk applikant għandux biża’ ġġustifikata ta’ persekuzzjoni ma huwiex importanti jekk l-applikant fil-verità għandux il-karatteristika razzista, reliġjuża, nazzjonali, soċjali jew politika li tattira l-persekuzzjoni, sakemm din il-karatteristika tkun attribbwita għall-applikant mill-attur ta’ persekuzzjoni.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
13 |
EZ, ta’ nazzjonalità Sirjana, telaq mill-pajjiż tiegħu fis-6 ta’ Novembru 2014. Wara li wasal il-Ġermanja fil-5 ta’ Settembru 2015, huwa ppreżenta applikazzjoni għall-ażil fit-28 ta’ Jannar 2016. |
|
14 |
Huwa indika li ħarab mis-Sirja fix-xahar ta’ Novembru 2014 sabiex ma jwettaqx is-servizz militari tiegħu, bil-biża’ li jipparteċipa fil-gwerra ċivili. Huwa kien kiseb posponiment tas-servizz militari tiegħu sax-xahar ta’ Frar 2015 sabiex jiffinalizza l-istudji universitarji tiegħu. |
|
15 |
Fil-11 ta’ April 2017, l-Uffiċċju Federali għall-Migrazzjoni u r-Refuġjati tah il-protezzjoni sussidjarja, iżda ċaħad l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu minħabba li huwa stess ma sofriex persekuzzjonijiet li wassluh għat-tluq. Skont din l-awtorità, il-persuna kkonċernata, li ħarbet biss mill-gwerra ċivili, ma jkollhiex għalfejn tibża’ minn persekuzzjonijiet jekk hija tirritorna lejn is-Sirja. Fi kwalunkwe każ, ma teżistix rabta bejn il-persekuzzjonijiet li hemm dubju għalihom u r-raġunijiet ta’ persekuzzjoni li jistgħu jagħtu dritt għar-rikonoxximent tal-kwalità ta’ refuġjat. |
|
16 |
EZ ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni fl-1 ta’ Mejju 2017 quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Verwaltungsgericht Hannover (il-Qorti Amministrattiva ta’ Hannover, il-Ġermanja). Hija essenzjalment tqis li huwa espost, minħabba l-ħarba tiegħu mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu sabiex jevita l-obbligu ta’ servizz militari u l-applikazzjoni tiegħu għal ażil imressqa fil-Ġermanja, għal riskju ta’ persekuzzjoni li jiġġustifika li jingħata l-istatus ta’ refuġjat. |
|
17 |
Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-ġurisprudenza nazzjonali ma hijiex stabbilita għal dak li jikkonċerna l-applikazzjonijiet għal ażil magħmula mill-appellanti Sirjani li ħarbu mill-pajjiż tagħhom sabiex jevitaw is-servizz militari u minħabba dan il-fatt huma esposti għal persekuzzjonijiet u sanzjonijiet f’każ ta’ ritorn lejn pajjiżhom. |
|
18 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Hannover (il-Qorti Amministrattiva ta’ Hannover) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
|
19 |
Għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li mill-premessi 4 u 12 tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li l-Konvenzjoni ta’ Genève tikkostitwixxi l-bażi tas-sistema legali internazzjonali ta’ protezzjoni tar-refuġjati u li din id-direttiva ġiet adottata b’mod partikolari sabiex l-Istati Membri kollha japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni ġenwinament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. |
|
20 |
Għalhekk, id-Direttiva 2011/95 għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-iskop tagħha, b’mod li huwa konsistenti mal-Konvenzjoni ta’ Genève u mat-trattati rilevanti l-oħra msemmija fl-Artikolu 78(1) TFUE. Din l-interpretazzjoni għandha ssir wkoll, kif jirriżulta mill-premessa 16 ta’ din id-direttiva, fir-rispett tad-drittijiet irrikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
21 |
It-tieni nett, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2011/95, ir-refuġjat huwa, b’mod partikolari, ċittadin ta’ pajjiż terz li jinsab barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tiegħu “minħabba f’biża’ bir-raġun [fondata] li jiġi persegwitat” minħabba r-razza tiegħu, ir-reliġjon tiegħu, in-nazzjonalità tiegħu, l-opinjonijiet politiċi tiegħu jew l-appartenenza tiegħu għal ċertu grupp soċjali, u li ma jistax jew, “minħabba f’din il-biża”, ma jixtieqx jinvoka l-“protezzjoni” ta’ dan il-pajjiż. Iċ-ċittadin ikkonċernat għandu għalhekk, minħabba ċirkustanzi li jeżistu fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikollu biża’ fondata ta’ persekuzzjoni eżerċitata fuq il-persuna tiegħu għal minn tal-inqas waħda mill-ħames raġunijiet elenkati f’din id-direttiva u fil-Konvenzjoni ta’ Genève (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
22 |
It-tielet nett, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95 jiddefinixxi l-elementi li jippermettu li xi atti jitqiesu li jkunu persekuzzjoni skont l-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta’ Genève. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 9(1)(a) ta’ din id-direttiva jispeċifika li l-atti rilevanti għandhom ikunu serji biżżejjed fin-natura jew fir-repetizzjoni tagħhom sabiex jikkostitwixxu ksur serju ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem, b’mod partikolari drittijiet assoluti li fir-rigward tagħhom ebda deroga ma hija possibbli taħt l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1)(b) tal-imsemmija direttiva jispeċifika li l-akkumulu ta’ diversi miżuri, inklużi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li huwa serju biżżejjed li jaffettwa individwu b’mod simili għal dak indikat fl-Artikolu 9(1)(a) tal-istess direttiva għandu wkoll jitqies li huwa persekuzzjoni. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, sabiex ksur tad-drittijiet fundamentali jikkostitwixxi persekuzzjoni skont l-Artikolu 1, Taqsima A, tal-Konvenzjoni ta’ Genève, dan għandu jilħaq ċertu livell ta’ gravità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
23 |
Ir-raba’ nett, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(3)(a), sa (c) tad-Direttiva 2011/95, waqt l-evalwazzjoni individwali ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti rilevanti kollha li jikkonċernaw il-pajjiż ta’ oriġini fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti prodotti mill-applikant, kif ukoll l-istatus individwali u s-sitwazzjoni personali tiegħu. |
|
24 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95, li jipprovdu li l-atti ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jistgħu b’mod partikolari jieħdu l-forma ta’ prosekuzzjonijiet jew ta’ sanzjonijiet għal rifjut li jitwettaq is-servizz militari f’każ ta’ kunflitt meta s-servizz militari jippreżupponi t-twettiq ta’ delitti jew li jitwettqu atti li jaqgħu taħt il-klawżoli ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva. |
|
25 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-kawża prinċipali, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li d-delitti li EZ seta’ jiġi mġiegħel iwettaq bħala konċess fil-kuntest tal-gwerra ċivili Sirjana huma “delitti ta’ gwerra” jew “delitti kontra l-umanità” imsemmija fl-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2011/95. |
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
|
26 |
Permezz tal-ewwel żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, meta d-dritt tal-Istat ta’ oriġini ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġi rrifjutat it-twettiq tas-servizz militari, li dan ir-rifjut jiġi kkonstatat f’sitwazzjoni li fiha l-persuna kkonċernata ma fformulatx ir-rifjut tagħha skont proċedura partikolari u ħarbet mill-pajjiż ta’ oriġini tagħha mingħajr ma ppreżentat ruħha quddiem l-awtoritajiet militari. |
|
27 |
Skont l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95, l-atti ta’ persekuzzjoni li jsostni li huma esposti għalihom il-persuna li tfittex li tingħata l-kwalifika ta’ refuġjat skont din id-dispożizzjoni għandhom jirriżultaw mir-rifjut tagħha li twettaq is-servizz militari. Konsegwentement, dan ir-rifjut għandu jikkostitwixxi l-uniku mezz li jippermetti lill-persuna kkonċernata tevita l-parteċipazzjoni fid-delitti msemmija fl-Artikolu 12(2)(a) tal-istess direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 44). |
|
28 |
Minn dan isegwi li l-fatt li l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat naqas milli jirrikorri għal proċedura intiża għall-kisba tal-istatus ta’ objettur ta’ kuxjenza jeskludi kull protezzjoni skont l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95, sakemm l-imsemmi applikant ma jipprovax li ebda proċedura ta’ tali natura ma kienet disponibbli għalih fis-sitwazzjoni konkreta tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 45). |
|
29 |
B’mod partikolari, meta l-possibbiltà li jiġi rrifjutat it-twettiq tas-servizz militari ma hijiex prevista mid-dritt tal-Istat ta’ oriġini u konsegwentement ma tkun teżisti ebda proċedura għal dan il-għan, ma jistax jintalab mir-refrattorju li jifformalizza r-rifjut tiegħu skont proċedura partikolari. |
|
30 |
Barra minn hekk, f’dan il-każ, fid-dawl tan-natura illegali ta’ dan ir-rifjut skont id-dritt tal-Istat ta’ oriġini u tal-prosekuzzjonijiet u tas-sanzjonijiet li huwa jesponi lill-awtur tiegħu, wieħed ma jistax raġonevolment jistenna minn dan tal-aħħar li jkun esprima dan ir-rifjut quddiem l-awtoritajiet militari. |
|
31 |
Madankollu, dawn iċ-ċirkustanzi ma humiex biżżejjed sabiex jistabbilixxu r-realtà tar-rifjut tal-persuna kkonċernata li twettaq is-servizz militari tagħha. Konformement mal-Artikolu 4(3)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2011/95, din għandha tiġi evalwata, flimkien mal-elementi l-oħra ppreżentati insostenn tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti rilevanti kollha li jikkonċernaw il-pajjiż ta’ oriġini fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti prodotti mill-applikant kif ukoll l-istatus individwali u s-sitwazzjoni personali tiegħu, kif tfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza. |
|
32 |
Konsegwentement, l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, meta d-dritt tal-Istat ta’ oriġini ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġi rrifjutat it-twettiq tas-servizz militari, li dan ir-rifjut jiġi kkonstatat fil-każ li l-persuna kkonċernata ma tkunx ifformalizzat ir-rifjut tagħha skont proċedura partikolari u ħarbet mill-pajjiż ta’ oriġini tagħha mingħajr ma ppreżentat ruħha quddiem l-awtoritajiet militari. |
Dwar it-tielet domanda
|
33 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li, għal rikorrent li jirrifjuta li jwettaq is-servizz militari tiegħu f’każ ta’ kunflitt iżda li jinjora s-settur ta’ intervent militari futur tiegħu, it-twettiq tas-servizz militari tiegħu jippreżumix li jwettaq delitti jew atti msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva sempliċement minħabba l-fatt li l-forzi li jiġġieldu l-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jwettqu tali delitti jew atti b’mod ripetut u sistematiku billi jintervjenu dawk imsejħa. |
|
34 |
Huma biss l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jevalwaw, taħt l-istħarriġ tal-qorti, jekk it-twettiq tas-servizz militari mill-applikant li jitlob il-kisba tal-istatus ta’ refuġjat abbażi tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95 jwassalx neċessarjament jew, minn tal-inqas, probabbilment, għal dan tal-aħħar sabiex iwettaq delitti msemmija fl-Artikolu 12(2) tal-istess direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 40). |
|
35 |
Din l-evalwazzjoni tal-fatti għandha tkun ibbażata fuq sensiela ta’ indizji ta’ natura li jistabbilixxu, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha inkwistjoni, b’mod partikolari dawk relatati mal-fatti rilevanti li jikkonċernaw il-pajjiż ta’ oriġini fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni kif ukoll dwar l-istatus individwali u s-sitwazzjoni personali tal-applikant, li s-sitwazzjoni globali trendi plawżibbli t-twettiq tad-delitti allegati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 46). |
|
36 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma humiex esklużi, bħala prinċipju, is-sitwazzjonijiet li fihom l-applikant jipparteċipa biss indirettament fil-kommissjoni ta’ tali delitti, għaliex, b’mod partikolari, ma huwiex fit-truppi tal-ġlied iżda, pereżempju, ikun assenjat lil unità loġistika jew ta’ sostenn (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, Shepherd, C‑472/13, EU:C:2015:117, punt 37). |
|
37 |
Fil-kuntest Sirjan ta’ gwerra ċivili ġġeneralizzata li kien jipprevali fil-mument li tittieħed deċiżjoni fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, jiġifieri fix-xahar ta’ April 2017, u fid-dawl b’mod partikolari tal-kummissjoni ripetuta u sistematika ta’ delitti tal-gwerra mill-armata Sirjana, inkluż mill-unitajiet komposti minn dawk imsejħa, iddokumentati sew skont il-qorti tar-rinviju, il-plawżibbiltà li persuna li tissejjaħ twassal, irrispettivament mis-settur ta’ intervent tagħha, sabiex tipparteċipa, direttament jew indirettament, fil-kummissjoni tad-delitti kkunsidrati, tidher li hija għolja ħafna, li hija għal qorti tar-rinviju li tivverifika. |
|
38 |
Konsegwentement, l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għal persuna li tissejjaħ li tirrifjuta li twettaq is-servizz militari tagħha f’każ ta’ kunflitt iżda li tinjora s-settur futur ta’ intervent militari tagħha, f’kuntest ta’ gwerra ċivili ġġeneralizzata kkaratterizzat mill-kummissjoni ripetuta u sistematika ta’ delitti jew ta’ atti msemmija fl-Artikolu 12(2) tal-istess direttiva mill-armata billi tħalli jintervjenu dawk imsejħa, it-twettiq tas-servizz militari jippreżupponi li jipparteċipa, direttament jew indirettament, fit-twettiq ta’ tali delitti jew atti, irrispettivament minn dak li huwa s-settur ta’ intervent. |
Fuq ir-raba’ domanda
|
39 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li għandu jkun hemm rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-istess direttiva. |
|
40 |
Ir-risposta għal din id-domanda għandha tingħata fid-dawl mhux biss tat-test tal-imsemmi Artikolu 9, iżda wkoll tal-kuntest tiegħu kif ukoll tal-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni. |
|
41 |
Fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li għandu jkun hemm rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-atti ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1) tagħha jew l-assenza ta’ protezzjoni kontra tali atti. Issa, l-Artikolu 9(2) tal-imsemmija direttiva jinkludi lista indikattiva ta’ atti ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 9. Konsegwentement, ir-rekwiżit ta’ rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 u l-atti ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1) jiswa b’mod partikolari għall-atti ta’ persekuzzjoni elenkati fl-Artikolu 9(2), inklużi dawk imsemmija fil-punt (e) ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
42 |
Fit-tieni lok, din l-interpretazzjoni hija konformi mad-definizzjoni nnifisha tal-kunċett ta’ “refuġjat”, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2011/95, jiġifieri ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li tibża’ bir-raġun li tiġi ppersegwitata għal wieħed mill-ħames raġunijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni u żviluppati fl-Artikolu 10 tad-direttiva u li ma jistax, jew minħabba din il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni tal-pajjiż li fih kellu r-residenza abitwali tiegħu. |
|
43 |
Fit-tielet lok, kif tindika l-premessa 24 tagħha, id-Direttiva 2011/95 hija intiża għall-adozzjoni ta’ kriterji komuni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Genève. Konsegwentement, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2) tal-Artikolu 1, Taqsima A ta’ din il-konvenzjoni, din id-direttiva tillimita l-benefiċċju tad-dritt għall-ażil għall-persuni li jemmnu bir-raġun li jiġu ppersegwitati minħabba r-razza tagħhom, ir-reliġjon tagħhom, in-nazzjonalità tagħhom, is-sħubija tagħhom fi grupp soċjali partikolari jew l-opinjonijiet politiċi tagħhom, kif jirriżulta wkoll mill-premessa 29 tad-direttiva. |
|
44 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva. |
Fuq il-ħames domanda
|
45 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 9(2)(e) u tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 2(d) kif ukoll fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet għal rifjut li jitwettaq is-servizz militari msemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva għandha titqies bħala stabbilita minħabba s-sempliċi fatt li l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet huma marbuta ma’ dan ir-rifjut. |
|
46 |
Qabel kollox għandu jiġi rrilevat li billi jipprevedi l-prosekuzzjonijiet jew sanzjonijiet għal rifjut li jitwettaq is-servizz militari f’każ ta’ kunflitt meta s-servizz militari jimplika t-twettiq ta’ delitti jew li jitwettqu atti li jaqgħu taħt il-klawżoli ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95, l-Artikolu 9(2)(e) ta’ din tal-aħħar jiddefinixxi ċerti atti ta’ persekuzzjoni permezz tar-raġuni tagħhom u li din ir-raġuni hija differenti minn dawk elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 2(d) u l-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, jiġifieri r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-opinjonijiet politiċi jew l-appartenenza fi grupp soċjali partikolari. |
|
47 |
Ċertament, f’ħafna każijiet, ir-rifjut li jitwettaq is-servizz militari huwa l-espressjoni ta’ opinjonijiet politiċi, kemm jekk jikkonsistu fiċ-ċaħda ta’ kull użu tal-forza militari jew fl-oppożizzjoni għall-politika jew għall-metodi tal-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini, ta’ twemmin reliġjuż jew ukoll huwa mmotivat mill-appartenenza għal grupp soċjali partikolari. F’każijiet bħal dawn, atti ta’ persekuzzjoni li għalihom dan ir-rifjut jista’ jagħti lok huma wkoll marbuta mal-istess raġunijiet. |
|
48 |
Madankollu, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rifjut tas-servizz militari jista’ wkoll ikollu raġunijiet distinti mill-ħames raġunijiet ta’ persekuzzjoni msemmija iktar ’il fuq. B’mod partikolari, dan jista’ jkun immotivat mill-biża’ li wieħed jiġi espost għall-perikoli li jinvolvi t-twettiq tas-servizz militari f’kuntest ta’ kunflitt armat. |
|
49 |
Konsegwentement, jekk jiġi aċċettat li r-rifjut li jitwettaq is-servizz militari fil-kundizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95 huwa marbut, fi kwalunkwe każ, ma’ wieħed mill-ħames raġunijiet ta’ persekuzzjoni previsti mill-Konvenzjoni ta’ Genève, fir-realtà dan iwassal sabiex ma’ dawn ir-raġunijiet jiżdiedu raġunijiet oħra ta’ persekuzzjoni u sabiex b’hekk jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva meta mqabbel ma’ dak tal-Konvenzjoni ta’ Genève. Issa tali interpretazzjoni tmur kontra l-intenzjoni ċara tal-leġiżlatur tal-Unjoni, esposta fil-premessa 24 tal-imsemmija direttiva, li jarmonizza fi ħdan l-Unjoni l-implimentazzjoni tal-istatus ta’ refuġjat fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Genève. |
|
50 |
Huwa għalhekk li l-eżistenza tar-rabta bejn mill-inqas waħda mir-raġunijiet ta’ persekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tagħha ma tistax titqies stabbilita u lanqas, konsegwentement, ma tista’ tiġi eskluża mill-eżami tal-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. |
|
51 |
Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-modalitajiet tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali previsti mid-Direttiva 2011/95. |
|
52 |
Fil-fatt, din id-direttiva tipprovdi, fl-Artikolu 4(1) tagħha, li l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li huwa l-applikant li għandu jippreżenta, kemm jista’ jkun malajr, l-elementi kollha neċessarji sabiex tiġi ssostanzjata l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali. Madankollu, id-dikjarazzjonijiet ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali jikkostitwixxu biss il-punt ta’ tluq tal-proċess ta’ evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2018, F, C‑473/16, EU:C:2018:36, punt 28). Fil-fatt, l-istess dispożizzjoni tipprevedi li huwa l-Istat Membru li għandu jevalwa, b’kooperazzjoni mal-applikant għal protezzjoni internazzjonali, l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni tiegħu. |
|
53 |
Issa, fost l-elementi rilevanti sottomessi għall-evalwazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2011/95 isemmi “ir-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali”, li jinkludu neċessarjament ir-raġuni tal-atti ta’ persekuzzjoni li għalihom l-applikant isostni li huwa espost. Konsegwentement, li jiġi aċċettat mingħajr eżami li l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet għal rifjut li jitwettaq is-servizz militari fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 9(2(e) ta’ din id-direttiva huma marbuta ma’ wieħed mill-ħames raġunijiet ta’ persekuzzjoni kkunsidrati mill-Konvenzjoni ta’ Genève, jammonta għal tnaqqis mill-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti titlef ta’ element essenzjali tar-“raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali”, kuntrarjament għal dak li jipprevedi l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva. |
|
54 |
Madankollu, ma jistax jitqies li huwa l-applikant għal protezzjoni internazzjonali li għandu jipproduċi l-prova tar-rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 2(d) kif ukoll fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95 u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet li huwa jinkorri minħabba r-rifjut tiegħu li jwettaq is-servizz militari fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tagħha. |
|
55 |
Fil-fatt, tali oneru tal-prova jmur kontra l-modalitajiet ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95. Minn naħa, kif tfakkar fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva jippermetti biss lill-Istati Membri li jimponu fuq l-applikant l-oneru li “jissottometti kemm jista’ jkun malajr l-elementi kollha meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” u jinkariga lill-Istat Membru li quddiemu tkun tressqet it-talba sabiex jevalwa l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni. Min-naħa l-oħra, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tagħha, l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2011/95 jirrikonoxxi li applikant mhux dejjem ser ikun f’pożizzjoni li jissostanzja t-talba tiegħu permezz ta’ provi dokumentati jew oħrajn u jelenka l-kundizzjonijiet kumulattivi li għalihom tali provi ma humiex meħtieġa. F’dan ir-rigward, il-motivi tar-rifjut li jitwettaq is-servizz militari u, konsegwentement, prosekuzzjonijiet li huwa jesponi, jikkostitwixxu elementi suġġettivi tal-applikazzjoni li jista’ jkun partikolarment diffiċli li tiġi prodotta prova diretta tagħhom. |
|
56 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jevalwaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha ddikjarati mill-applikant għal protezzjoni internazzjonali, in-natura plawżibbli tar-rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 2(d) kif ukoll fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95 u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imġarrba fil-każ ta’ rifjut li jitwettaq is-servizz militari fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tagħha. |
|
57 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li teżisti preżunzjoni qawwija li r-rifjut li jitwettaq is-servizz militari fil-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 9(2)(e) ta’ din id-direttiva jkun marbut ma’ waħda mill-ħames raġunijiet imfakkra fl-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva. |
|
58 |
Fl-ewwel lok, billi speċifika r-raġuni tal-atti ta’ persekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95, huwa manifest li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jagħmel iktar diffiċli l-kisba tal-istatus ta’ refuġjat mill-objetturi ta’ kuxjenza billi jimponi kundizzjoni addizzjonali għall-kisba ta’ dan l-istatus, iżda, għall-kuntrarju, qies li din ir-raġuni ta’ persekuzzjoni kienet relatata, bħala regola ġenerali, ma’ mill-inqas waħda mill-ħames raġunijiet ta’ persekuzzjoni li jagħtu dritt għall-istatus ta’ refuġjat. Fil-fatt, ir-riferiment speċjali f’din id-Direttiva għall-objetturi ta’ kuxjenza meta t-twettiq tas-servizz militari jobbliga lil dawn tal-aħħar iwettqu delitti kontra l-paċi, delitti ta’ gwerra jew delitti kontra l-umanità huwa kompletament koerenti mal-esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat tal-awturi tad-delitti msemmija iktar ’il fuq prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva. |
|
59 |
Fit-tieni lok, kif tirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rifjut li jitwettaq is-servizz militari, b’mod partikolari meta dan ikun suġġett għal sanzjonijiet iebsa, jippermetti li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ kunflitt qawwi ta’ valuri u ta’ opinjonijiet politiċi jew reliġjużi bejn il-persuna kkonċernata u l-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini. |
|
60 |
Fit-tielet lok, f’kuntest ta’ kunflitt armat, partikolarment ta’ gwerra ċivili, u fin-nuqqas ta’ possibbiltà legali li wieħed jaħrab mill-obbligi militari, huwa probabbli ħafna li r-rifjut li jitwettaq is-servizz militari jiġi interpretat mill-awtoritajiet bħala att ta’ oppożizzjoni politika, indipendentement mill-motivi personali eventwalment iktar kumplessi tal-persuna kkonċernata. Issa, skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2011/95 “[f]il-valutazzjoni ta’ jekk applikant għandux biża’ ġustifikat ta’ persekuzzjoni mhuwiex importanti jekk l-applikant fil-verità għandux il-karatteristika razzista, reliġjuża, nazzjonali, soċjali jew politika li tattira l-persekuzzjoni, sakemm din il-karatteristika tkun attribbwita għall-applikant mill-attur ta’ persekuzzjoni”. |
|
61 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 9(2)(e) u tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (d) kif ukoll fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet għal rifjut li jitwettaq is-servizz militari msemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva ma tistax titqies bħala stabbilita minħabba s-sempliċi fatt li dawn il-prosekuzzjonijiet u sanzjonijiet huma marbuta ma’ dan ir-rifjut. Madankollu, teżisti preżunzjoni qawwija li r-rifjut li jitwettaq is-servizz militari fil-kundizzjonijiet ippreċiżati fl-Artikolu 9(2)(e) tal-istess direttiva jkun marbut ma’ waħda mill-ħames raġunijiet imfakkra fl-Artikolu 10 tagħha. Huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jivverifikaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha inkwistjoni, in-natura plawżibbli ta’ din ir-rabta. |
Fuq l-ispejjeż
|
62 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.