19.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran Nakazatelen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra UC u TD

(Kawża C-769/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali - Artikolu 6 - Dritt tas-suspettati jew tal-persuni akkużati li jkunu informati bid-drittijiet tagħhom - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Trattament ta’ kawża fi żmien raġjonevoli - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja fil-każ ta’ difett proċedurali fl-att ta’ akkuża kkonstatat mill-qorti - Rinviju tal-kawża quddiem il-prosekutur għall-finijiet tat-tfassil ta’ att ta’ akkuża ġdid - Ammissibbiltà)

(2021/C 138/18)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran Nakazatelen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

UC u TD

fil-preżenza tal-:iSpetsializirana prokuratura

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, it-tieni paragrafu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni u d-dritt għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta l-att ta’ akkuża jkun irregolari (jiġifieri l-kontenut tiegħu ma jkunx ċar, ma jkunx komplet jew ikun kontradittorju), fl-ebda każ ma tippermetti li din l-irregolarità tiġi rrimedjata permezz ta’ korrezzjoni mill-prosekutur fil-kuntest tas-seduta quddiem il-qorti li matulha tkun ġiet ikkonstatata din l-irregolarità, u minflok tobbliga lill-qorti sabiex f’kull każ twaqqaf il-proċedura ġudizzjarja u tibgħat il-każ lura quddiem il-prosekutur sabiex jitfassal att ta’ akkuża ġdid.


(1)  ĠU C 27, 27.01.2020.