31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Watford Employment Tribunal – ir-Renju Unit) – B vs Yodel Delivery Network Ltd

(Kawża C-692/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Impriża ta’ distribuzzjoni ta’ pakketti - Klassifikazzjoni tal-persuni li jiddistribwixxu l-pakketti mqabbda fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ servizzi - Possibbiltà għall-persuna li tiddistribwixxi l-pakketti li tqabbad subappaltaturi u li tipprovdi servizzi simili fl-istess ħin lil terz)

(2020/C 287/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Watford Employment Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Konvenuta: Yodel Delivery Network Ltd

Dispożittiv

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li persuna mqabbda mill-persuna li allegatament timpjegaha fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ servizzi li jispeċifika li hija imprenditur indipendenti tiġi kklassifikata bħala “ħaddiem” fis-sens ta’ din id-direttiva meta jkollha l-possibbiltà:

li tirrikorri għal subappaltaturi jew għal sostituti sabiex iwettqu s-servizz li tkun intrabtet li tipprovdi;

li taċċetta jew li ma taċċettax id-diversi kompiti offerti mill-persuna li allegatament timpjegaha, jew li tiffissa unilateralment numru massimu ta’ kompiti;

li tipprovdi s-servizzi tagħha lil kwalunkwe terz ieħor, inkluż lil kompetituri diretti tal-persuna li allegatament timpjegaha, u

li tiffissa l-ħinijiet ta’ “xogħol” tagħha stess fil-qafas ta’ ċerti parametri, kif ukoll li torganizza l-ħin tagħha stess sabiex tadattah għall-konvenjenza personali tagħha iktar milli għas-sempliċi interessi tal-persuna li allegatament timpjegaha,

f’sitwazzjoni fejn, minn naħa, l-indipendenza ta’ din il-persuna ma tidhirx li hija fittizja u, min-naħa l-oħra, ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni bejn l-imsemmija persuna u l-persuna li allegatament timpjegaha. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tipproċedi, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti marbuta ma’ din l-istess persuna, kif ukoll l-attività ekonomika eżerċitata minnha, għall-klassifikazzjoni tagħha fid-dawl tad-Direttiva 2003/88.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.