31.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/19 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 – International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-553/19 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Twaqqif u tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà tal-prodotti tat-tabakk - Regolament delegat u atti ta’ implimentazzjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 168(1)(d), u Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ identifikazzjoni preċiża tal-punti ta’ motivi kkritikati tas-sentenza appellata u ta’ argumenti legali speċifiċi insostenn tal-appell - Argumenti intiżi sabiex jinkiseb mill-Qorti tal-Ġustizzja sempliċi eżami mill-ġdid tal-argumenti ppreżentati fl-ewwel istanza - Appell manifestament inammissibbli)
(2020/C 287/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) (rappreżentant: F. Scanvic, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u C. Valero, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) hija kkundannata għall-ispejjeż. |