|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 289/17 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Galaţi – ir-Rumanija) – XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB, EC, NL vs SC Credit Europe Ipotecar IFN SA, Credit Europe Bank NV
(Kawża C-364/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) - Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tal-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mandatorji - Artikolu 4(2) - Eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija - Allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq professjonist - Eżami mill-qorti nazzjonali li għandu jitwettaq bi prijorità fid-dawl tal-Artikolu 1(2))
(2021/C 289/23)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Galaţi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB, EC, NL
Konvenuti: SC Credit Europe Ipotecar IFN SA, Credit Europe Bank NV
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tiġi adita b’tilwima li tirrigwarda klawżola kuntrattwali allegatament inġusta li tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, hija għandha l-obbligu li teżamina bi prijorità l-effett tal-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prevista fl-Artikolu 1(2) tagħha, u mhux l-effett tal-eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali prevista fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva.